Wednesday, April 24, 2024

L’Equipe Summer League: Macedonia u Leġġendarji AFC fil-quċċata tal-grupp tagħhom

Aqra wkoll

Macedonia u Leġġendarji AFC baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-grupp rispettiv tagħhom fl-Equipe Summer League sabiex kważi għamluha għat-tieni fażi ewlenija ta’ din il-kompetizzjoni.

Macedonia kellhom rebħa tajba ta’ 7-3 kontra FM Interiors filwaqt li Leġġendarji ħadu rebħa ta’ 5-0 fuq il-mejda wara li l-avversarji tagħhom ma tfaċċawx għal-logħob.

Minkejja kollox fiż-żewġ gruppi hemm sfida diretta għal min se jagħmilha għat-tieni fażi ewlenija b’timijiet li huma mifruda b’numru żgħir ta’ punti.

Macedonia għelbu lil FM Interiors 7-3 f’konfront li wieħed jista’ jqisu dirett. Jovanche Angelovski spikka għal Macedonia meta skorja tliet gowls bl-aqwa skorer tal-kampjonat Daniel Stojanov ikun awtur ta’ doppjetta.

Niupi FC u ROA Brothers baqgħu jsegwu wara li ħadu t-tliet punti finali għas-spejjeż ta’ Marsaskala (9-3) u Kanon Gaming (5-0)

Masters R United komplew bil-mument pożittiv tagħhom wara li rreġistraw skor kbir ta’ 11-0 kontra Ernst & Young b’dawn tal-aħħar li għadhom ifittxu l-ewwel punti tal-istaġun. Chris Muscat spikka għal Masters R United meta skorja poker.

All Blacks jinsabu f’nofs il-klassifika wara li għelbu lil Aston Birra 8-3 filwaqt li De Fonseca kienu aħjar minn Flutter hekk kif rebħulhom 5-3.

Fi grupp B, il-liders baqgħu Leġġendarji AFC li rebħu 5-0 fuq il-mejda wara li MAPFRE MSV Life ma tfaċċawx għal-logħob.

Orthodox Wizards baqgħu żewġ punti mill-quċċata wara li għelbu lil Spartans 5-3 f’logħba ferm missielta. Milos Andjelkovic, Milos Stevanovic u Nikola Stojanovski skorjaw doppjetta kull wieħed għal Orthodox Wizards.

La Famiglia kellhom walk-over ta’ 5-0 kontra CFDS.

Patatanaikos baqgħu fir-raba’ post tal-klassifika hekk kif irreġistraw skor tajjeb ta’ 7-2 kontra Azzurri.

Madballerz xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu l-oppożizzjoni ta’ Pentasia għalkemm xorta rebħu 4-3. Finalment Spurs reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Dynamo Lynx 12-5.

KLASSIFIKA – Grupp A

Macedonia 22, Niupi FC, ROA Brothers 19, Masters R United 18, FM Interiors 16, Marsaskala 13, All Blacks 12, Flutter 10, De Fonseca 9, Aston Birra 3, Ernst and Young, Kanon Gaming 0

KLASSIFIKA – Grupp B

Leġġendarji AFC 22, Orthodox Wizards 20, La Famiglia 18, Patatanaikos 16, Spartans 15, Madballerz 14, Azzurri 12, Spurs 9, MAPFRE MSV Life 4, Dynamo Lynx, CFDS, Pentasia 3.

Sport