Wednesday, April 24, 2024

Logħob tal-Commonwealth: L-Ingliżi jiddomiaw fit-triathlon

Aqra wkoll

It-team tal-Ingilterra ċċelebra suċċess triplu ta’ midalji tad-deheb fit-triathlon il­bieraħ. Georgia Taylor-Brown kisbet midalja fir-relay tal-Mixed Teams wara li Katie Crowhurst u David Ellis rebħu d-deheb PTVI tan-nisa u l-irġiel.

It-team tal-Ingilterra, immexxi mill-me­dallist tad-deheb tal-irġiel, Alex Yee, spiċċa 46 sekonda qabel Wales bl-Awstraljan ikollu jikkuntenta bil-midalja tal-bronż.

Kienet ukoll it-tieni midalja tal-Logħob għal Taylor-Brown wara l-fidda tagħha fit-triathlon tan-nisa, b’Sophie Coldwell u Samuel Dickinson ikunu fit-team rebbieħ.

Crowhurst u l-gwida tagħha, Jessica Fullagar, żguraw li l-Ingilterra ddefendiet it-titlu PTVI tan-nisa mill-2018, meta Jade Jones rebħet id-deheb, u spiċċat erba’ minuti u seba’ sekondi quddiem Chloe MacCombe tal-Irlanda ta’ Fuq u l-gwida tagħha, Catherine Sands.

Il-Kanada ħadet il-midalja tal-bronż, b’Jessica Tuomela u l-gwida tagħha, Emma Skaug, erba’ minuti u 40 sekonda ‘l bogħod mir-rebbieħa.

Id-deheb ta’ Crowhurst sar wara ta’ Ellis hekk kif hu u l-gwida tiegħu, Luke Pollard, daħlu erba’ minuti u 30 sekonda aħjar mill-Awstraljan Sam Harding u mill-gwida tiegħu Luke Harvey.

L-Awstralja ħadet il-midalja tal-bronż ukoll b’Jonathan Goerlach u l-gwida tiegħu, David Mainwaring, jispiċċaw it-tielet, seba’ minuti u 42 sekonda ‘l bogħod mir-rebbieħa.

Crowhurst, 18-il sena, kienet mimlija tifħir għall-gwida tagħha Fullagar wara li qasmet il-linja l-ewwel, u qalet: “Bdejt it-triathlon sena ilu biss, allura dan huwa tal-għaġeb.”

Sadanittant, Ellis kien ferħan li jerġa’ lura mid-diżappunt tiegħu f’Tokjo s-sajf li għadda, fejn sofra ħsara mekkanika u ngħata spinta mill-familja tiegħu li bdiet tinkoraġġih.

Sport