Wednesday, March 27, 2024

Parti minn Triq l-Imrieħel se tkun magħluqa għat-traffiku minħabba tiswijiet neċessarji

Aqra wkoll

L-Enemalta qalet li minħabba xogħlijiet t’emerġenza fuq cable tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli, parti minn Triq l-Imrieħel li tagħti lejn il-ground tal-Infetti se tkun magħluqa għat-traffiku minn dalgħodu l-Ġimgħa 30 ta’ Lulju s’għada s-Sibt 31 ta’ Lulju fis-6am, sakemm isiru t- tiswijiet neċessarji. 

L-Enemalta qalet li sakemm isiru x-xogħolijiet, is-sewwieqa ġentilment mitluba jgħaddu minn triq alternattiva fil-viċin lejn Triq B. Bontadini, kif indikat fil-mappa. 

Dawn ix-xogħolijiet huma essenzjali biex jassiguraw l-istabbiltà tal-provvista tal-elettriku wara ħsarat li żviluppaw f’cable taħt l-art. Filwaqt li tirringrazzja lill- pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu, l-Enemalta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent. 

Ekonomija

Sport