F’partita ta’ ħbiberija bejn żewġ għedewwa antiki, l-Ingilterra għelbu lill-Iskozja, f’Hampden Park, bl-iskor ta’ 3-1 liema partita ntlagħbet biex jiġi ċċelebrat il-150 sena mit-twaqqif tal-football Skoċċiż.
Il-player tal-logħba kien, bla dubju, Jude Bellingham, li qala’ wkoll l-applaws tal-partitarji Skoċċiżi stess.
L-Iskoċċiżi fetħu l-iskor minn auto-goal ta’ Harry Maguire iżda tliet goals minn Phil Foden (32), Jude Bellingham (35) u Harry Kane (35) dawru r-riżultat favur l-Ingilterra.