Friday, May 3, 2024

Partita ta’ ħbiberija U21 – Malta ssofri telfa kbira kontra l-Montenegro

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta ……………..0

Montenegro ……6

F’partita ta’ ħbiberija ferm diżappuntanti, it-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena baxxa rasu għall-qawwa tal-Monetnegro meta safa megħlub bl-iskor kbir ta’ 6-0.

Il-Maltin ftit li xejn ma mpressjonaw u kienu ferm inferjuri mill-partita pre­ċedenti ta’ nhar is-Sibt li fiha temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Ċipru. Huma kienu traskurati fil-passes tagħ­hom filwaqt li l-azzjonijiet lejn il-lasti avversarji kienu remoti.

Min-naħa l-oħra, il-Montenegro dehru ferm superjuri u ddettaw il-logħob kif riedu hekk kif sabu difiża Maltija ferm kwieta.

Fil-15-il minuta, il-Montenegro fetħu l-iskor pro­prju fl-ewwel azzjoni pe­rikoluża li ħolqu permezz ta’ xutt mill-viċin tal-captain NIKOLA JANJIC li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Malta, Matthias De­bono.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u ħames mi­nuti wara rduppjaw l-iskor meta f’azzjoni kważi foto-kopja tal-ewwel goal, DUSAN VUKOVIC, minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.

Il-Montenegrini komplew jiddominaw u ma kienet l-ebda sorpriża li fil-31 minuta skorjaw it-tielet goal meta ANDRIJA RADULOVIC qata’ bil-ġirja lil Zean Leonardi, avvanza tajjeb, qabeż lill-goalkeeper Mattias Debono li ħareġ barra minn postu fit-tentattiv li jinterċetta l-ballun, u u bil-kalma kollha tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

L-ewwel reazzjoni tal- Maltin waslet fit-38 minuta meta Aleandro Garzia għad­da tajjeb lejn il-captain Andrea Zammit li mill-viċin ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper avversarju, Nikola Ivezic, li salva bi bravura.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Montenegro għamluhom erbgħa meta Aleandro Garzia fit- tentattiv li jevita lil Milan Vukotic tefa’ fil-lasta tiegħu stess.

Fl-azzjoni li segwiet Andrea Zammit serva lil Jake Engerer iżda waħdu ra lill-goalkeeper Nikola Ivezic idawwar f’corner it-tentattiv tiegħu.

Fis-60 minuta, l-avversarji tagħna komplew ikabbru l-iskor minn ANDRIJA RADULOVIC li kkonkluda fuq suġġeriment ta’ Dejan Perovic.

Fil-75 minuta, il-Montenegrini ssiġillaw ir-rebħa meta skorjaw is-sitt goal permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tas-sostitut NI­KOLA JOVICEVIC.

MALTA: 1-Matthias Debono (12-Miguel Spiteri 46), 2-Zean Leonardi (5-Glen Mifsud 71), 3-Matthew Debattista (19-Nathan Agius 71), 8-Kurt Briffa (7-Jake Engerer 46), 9-Mattia Veselji (22-Jamie Carbone 71), 10-Andrea Zammit (16-Sebastian Cassar Torregiani), 11-Aleandro Garzia (4-Sheldon Mizzi 60), 13-Nikolai Micallef (6-Isaac Ebejer 76), 14-Karl Mohnani (21-Sheldon Mackay 60), 18-Dale Mifsud (17-Gianluca Sciberras 60), 20-Kurt Bondin (15-Isaac Cutajar 60)   – Coach: Gilbert Agius

MONTENEGRO: 1-Nikola Ivezic (12-Sergey Joksimovic 46), 2-Luka Boricic (18-Igor Pajovic 60), 3-Dorde Salitic (17-Ognjen Gasevic 67), 4-Nemanja Perovic (13-Nemanja Bozovic 60), 5-Nikola Vukotic (15-Anes Murativic, 67) 7-Dusan Vukovic (22-Damjan Mugosa 67), 8-Ognjen Bakic (6-Arnel Kujovic 67), 10-Andrija Radulovic (Andrej Bajovic 60), 11-Nikola Janjic (9-Milan Vukotic 46), 19-Jovan Dasic (21-Nikola Jovicevic 60), 20-Dejan Perovic (16-Baksa Toskovic 75)  – Coach: Miodrag Vukotic

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: N. Janjic 15, D. Vukovic 20, A. Radulovic 31, 60, A. Garzia og 49, N. Jovicevic 75 (Mn)

Sport