Diversi partitarji ta’ Santos fil-Brażil kienu fis-seba’ sema meta raw fil-Vila Belmiro Stadium lill-istilla Neymar waqt logħba mill-kampjonat tal-pajjiż kontra Sao Paulo.
Neymar, li bħalissa reġistrat ma’ Al Hilal fl-Arabja Sawdija u jinsab imweġġa’, deher qalb l-ispettaturi jara din il-partita fejn ried jagħti s-sapport kollu meħtieġ lill-eks tim tiegħu.
Hu kien libes flokk bl-isem Santos filwaqt li kien hemm ukoll tifkira għall-eks leġġenda Pele. Hu mar ikellem lill-plejers ta’ Santos qabel il-partita fejn tahom il-kuraġġ meħtieġ.
Sadanittant diversi ġurnali tal-pajjiż qed jispekulaw li Neymar mistenni jirritorna ma jdumx ma’ Santos minħabba li qed iħoss in-nuqqas ta’ dan it-tim li lagħab miegħu bejn l-2009 u l-2013.