Sunday, September 29, 2024

Passiġġiera l-Isptar bħala prekawzjoni wara inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Anzjana ddaħlet l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:00 p.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, bil-konsegwenza li waħda mill-karozza baqgħet dieħla fic-central strip.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan is-sit, li l-anzjana kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi u li din ittieħdet l-Isptar bħala prekawzjoni.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar dettalji malli jaslulna….

Sport