Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Patrik Schick kien se jiffirma ma’ Juventus iżda …

Patrik Schick kien se jiffirma ma’ Juventus iżda …

0
230

Hekk kif il-Ġimgħa l-attakkant internazzjonali Ċek Patrik Schick għalaq 28 sena, ġie żvelat li fis-sena 2017, hu kien ferm viċin li jiffirma ma’ Juventus. Fil-fatt wara li spikka ferm ma’ Sampdoria l-istaġun ta’ qabel wara li skorja 11-il gowl fi 32 partita, i Bianconeri bdew jaraw kif jagħmlu sabiex jakkwistawh.

B’xorti ħażina għalih, Schick żviluppatlu problema f’qalbu li kif mar biex jagħmel it-testijiet mediċi, m’għaddiex minnu.

Illum il-ġurnata, Schick qed jilgħab ma’ Bayer Leverkusen fejn kemm ilu magħhom skorja 39 gowl f’76 partita.