Saturday, May 18, 2024

Cospicua Rangers fl-ewwel post tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball

Aqra wkoll

Cospicua Rangers kisbu rebħa kbira ta’ 11-2 kontra San Ġwann Nick’s A sabiex baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball. Il-Bormliżi kienu fi klassi għalihom u ftit taw ċans lill-Beltin sabiex jilagħbu l-logħba tipika tagħhom.

Valletta Breakwater laħqu lil San Ġwann Nick’s A fit-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lil Qormi Anici A 11-8.

Ħamrun 147 A xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa 10-9 filwaqt li t-tieni tim Ħamrun 147 B ukoll kisbu t-tliet punti wara rebħa ta’ 11-7 kontra Qormi Anici B.

Fil-kampjonat reġjonali, Ħamrun 147 C baqgħu b’punti massimi wara erba’ logħbiet wara li għelbu lil Selmun Bar A 11-3.
Domus Kids Żejtun A qed isegwu fit-tieni post tal-klassifika wara suċċess ta’ 11-7 kontra Każin Pinto Qormi A.

Mill-banda l-oħra, PL Balzan A kisbu tliet punti importanti wara li għelbu lil Ħamrun 147 D 11-9.

Fi grupp A tal-Community League, Birkirkara Boċċi rebħu l-isfida diretta tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika wara li għelbu lil Qormi Anici D 11-5. Din ir-rebħa għenet lill-Karkariżi jilħqu lill-istess Qriema fl-ewwel post tal-klassifika.

Mrieħel Billiard House u Juve Birkirkara B kisbu rebħiet prezzjużi kontra San Ġwann Nick’s B (11-7) u Selmun Bar C (11-3) rispettivament.

Fi grupp B tal-Community League, San Ġwann Tiki Taka qed jiddominaw wara erba’ rebħiet konsekuttivi. Matul din il-ġimgħa huma għelbu lil Selmun Bar B 11-5 u fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq iż-żewġ timijiet fit-tieni post iġifieri Qormi Anici E u Juve Birkirkara A.

Qormi Anic E rebħu d-derby kontra Taċ-Ċaċċu 11-8 filwaqt li Juve Birkirkara A iddominaw il-konfront kontra Qormi Anici C 11-2.

Valletta Fossa Boys B kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara li għelbu lil Domus Kids Żejtun B 11-5.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 9, San Ġwann Nick’s, Valletta Breakwater 6, Qormi Anici B, Ħamrun 147 B 5, Ħamrun 147 A 4, Jojo’s Birżebbuġa 3, Qormi Anici A 2.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Ħamrun 147 C 12, Domus Kids Żejtun 8, PL Balzan A 7, Selmun Bar A 3, Valletta Fossa Boys A 2, Ħamrun 147 D 1, Każin Pinto Qormi A 0

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP A

Qormi Anici D, Birkirkara Boċċi 9, Mrieħel Billiard 7, San Ġwann Tiki Taka A, Juve Birkirkara B 6, PL Balzan B 4, San Ġwann Nick’s B 3, Selmun Bar C 0.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP B

San Ġwann Tiki Taka B 12, Qormi Anici E, Juve Birkirkara A 7, Qormi Anici C, Valletta Fossa Boys B 6, Taċ-Ċaċċu 4, Selmun Bar B 3, Domus Kids B 1.

Sport