Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Paul Pogba ntlemaħ fl-Istati Uniti hekk kif kien qed jattendi partita mill-Major League Soccer Amerikana bejn LAFC u Austin mirbuħa minn tal-aħħar 1-0.
Pogba deher ma’ sieħbu Olivier Giroud li ma setax jilgħab mat-tim minn Los Angeles hekk kif jinsab imweġġa’. Diversi spekulazzjonijiet qed jinxterdu li Pogba ma jdumx ma jingħaqad ma’ LAFC hekk kif matul dan ix-xahar tintemmlu s-sospensjoni tiegħu.