Ftit tal-ħin ilu ħarġet l-aħbar li l-midfielder internazzjonali Franċiż, Paul Pogba, fl-istaġun li ġej se jilgħab ma’ Juventus wara li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet hekk kif fi tmiem l-istaġun jispiċċalu l-kuntratt ma’ Manchester United.
Iżda biex jingħaqad mal-Bianconeri, dan il-player ta’ 29 sena aċċetta tnaqqis drastiku fis-salarju tiegħu. Filwaqt li mar-Red Devils kien jaqla’ €300,000 fil-ġimgħa, mal-Bianconeri se jdaħħal €170,000 fil-ġimgħa.
Din se tkun it-tieni darba li Pogba se jilbes il-flokk Juventin wara li kien lagħab magħhom bejn l-2012 u l-2016.
Oriġinarjament huwa kien laħaq ftehim biex imur jilgħab ma’ Manchester City iżda mbagħad irtira minn dan l-interess b’rispett lejn il-partitarji tal-United.