Friday, May 3, 2024

Pep Guardiola jġedded il-kuntratt ma’ Manchester City

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, iffirma  kuntratt ġdid ta’ sentejn li se jżommu mal-club sal-2025.

Guardiola, 51 sena, rebaħ 11-il trofew, fosthom erba’ titli tal-Premier League, matul sitt snin fl-Etihad Stadium.

“Mill-ewwel jum ħassejt xi ħaġa speċjali hawn. Ma nistax inkun f’post aħjar,” qal l-Ispanjol Guardiola.

“Ninsab kuntent ħafna li nibqa’ f’Manchester City għal sentejn oħra.”

“Ma nistax ngħid grazzi biżżejjed lil kulħadd f’dan il-club li fdali t-tmexxija tat-team. Nsnabu kuntent u komdu, u għandi dak kollu li għandi bżonn biex nagħmel xogħli bl-aħjar mod possibbli.

“Naf li l-kapitlu li jmiss ta’ dan il-club se jkun wieħed kbir. X’ara f’dawn l-aħħar 10 snin, u se jiġri fl-10 snin li ġejjin għax dan il-club huwa tant stabbli.

“Għadni nħoss li nistgħu niksbu aktar flimkien u għalhekk irrid nibqa’ u nkompli niġġieled għar-rebħ tat-trofej”

Sport