Monday, December 9, 2024

Pep Guardiola se jġedded ma’ Man City

Aqra wkoll

Il-manager Spanjol, Pep Guardiola, laħaq ftehim biex iġedded il-kuntratt tiegħu għal sena oħra ma’ Manchester City, sa Ġunju 2026, biex ikun serva għal diċennju sħiħ.

Prattikament, dan kien se jkun l-aħħar staġun tiegħu maċ-champions Ingliżi u fil-bidu tal-istaġun kien hemm inċertezza kbira dwar il-futur tiegħu hekk kif f’Mejju li għadda rreġistra rekord assolut meta mmarka r-raba’ rebħ konsekuttiv tal-Premier League. 

Iżda f’dawn l-aħħar jiem ġie rapportat li Guardiola, 53 sena, beda taħdidiet għal estenzjoni li mill-ewwel intlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet … b’għażla li jista’ jġedded ukoll sa Ġunju 2027.

Filwaqt li għad trid toħroġ il-konferma mill-club innifsu, Guardiola jinsab kawt ħafna tal-konsegwenzi li jistgħu jseħħu hekk kif fil-futur qrib se jibdew jinstemgħu l-115-il akkuża wara li ġew miksura r-regoli tal-Financial Fair Play fuq medda ta’ snin fejn is-City jistgħu jittieħdulhom l-  unuri li rebħu bejn l-2013 u l-2020.

Barra minn hekk, huwa jibqa’ kandidat denju tal-FA Ingliża biex fil-futur imexxi lit-team nazzjonali Ingliż. Dak attwali, il-Ġermaniż Thomas Tuchel, għandu kuntratt ta’ sena u nofs li jibda jgħodd minn Jannar 2025 … u ma tkun l-ebda sorpriż li Guardiola jkun is-suċċessur tiegħu.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport