Friday, October 9, 2026
Home Sport UNL: Il-kwadru komplet wara l-fażi tal-kampjonat

UNL: Il-kwadru komplet wara l-fażi tal-kampjonat

0
161

Wara li nhar it-Tlieta ġiet fi tmiemha l-edizzjoni tal-UEFA Nations League 2025, sar magħruf il-kwadru kompliet li huwa kompost mill-kwarti-finalisti, mill-promozzjonjiet, mir-relegaz­zjonjiet kif ukoll mill-play-offs li se jintlagħbu, fl-20 u fit-23 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla, fuq żewġ legs. 

Din hija ħarsa kif temmew it- timijiet b’Malta se tilgħab fil-promotion/re­legation kontra wie­­ħed miż-żewġ timijiet ta’ League C bejn il-Lussemburgu u l-Lat­vja.

Għada jittellgħu l-poloz, f’Nyon, l-Isvizzera:

LEAGUE A1

– Portugall – fil-kwarti-finali bħala rebbieħa tal-grupp.

– Kroazja – fil-kwarti finali bħala runners-up.

– Skozja – fil-League A/B play-offs.

– Polonja – relegati għal League B.

LEAGUE A2

– Franza – fil-kwarti-finali bħala rebbieħa tal-grupp.

– Italja – fil-kwarti finali bħala runners-up.

– Belġju – fil-League A/B play-offs.

– Iżrael – relegati għal League B.

LEAGUE A3

– Ġermanja – fil-kwarti-finali bħala rebbieħa tal-grupp.

– Olanda – fil-kwarti-finali bħala runners-up.

– Ungerija – fil-League A/B play-offs.

– Bosnja – relegati għal League B.

LEAGUE A4

– Spanja – fil-kwarti-finali bħala rebbieħa tal-grupp.

– Danimarka – fil-kwarti-finali bħala runners-up.

– Serbja – fil-League A/B play-offs.

– Svizzera – relegati għal League B.

LEAGUE B1

– Repubblika Ċeka – promossi għal  League A bħala rebbieħa tal-grupp

– Ukrajna – fil-League A/B play-offs.

– Georgia – fil-League B/C play-offs.

– Albanija – relegati għal League C.

LEAGUE B2

– Ingilterra – promossi għal  League A bħala rebbieħa tal-grupp

– Greċja – fil-League A/B play-offs.

– Irlanda – fil-League B/C play-offs.

– Finlandja – relegati għal League C.

LEAGUE B3

– Norveġja – promossi għal  League A bħala rebbieħa tal-grupp

– Awstrija – fil-League A/B play-offs.

– Slovenja – fil-League B/C play-offs.

– Kazakhstan – relegati għal League C.

LEAGUE B4

– Wales – promossi għal  League A bħala rebbieħa tal-grupp

– Turkija – fil-League A/B play-offs.

– Islanda – fil-League B/C play-offs.

– Montenegro – relegati għal League C.

LEAGUE C1

– Svezja – promossi għal  League B bħala rebbieħa tal-grupp

– Slovakkja – fil-League B/C play-offs.

– Estonja – jibqgħu f’League C.

– Azerbaijan – relegati għal League D.

LEAGUE C2

– Għad iridu jiġu deċiżi l-permutazzjonijiet tal-Kosovo u r-Rumanija wara li l-partita ta’ bejniethom ġiet abbandunata.

– Ċipru – jibqgħu f’League C.

– Litwanja – relegati għal League D.

LEAGUE C3

– Irlanda ta’ Fuq – promossi għal  League B bħala rebbieħa tal-grupp

– Bulgarija – fil-League B/C play-offs.

– Belarus – jibqgħu f’League C.

– Lussemburgu – fil-League C/D play-offs

LEAGUE C4

– Maċedonja – promossi għal  Lea­gue B bħala rebbieħa tal-grupp

– Armenja – fil-League B/C play-offs.

– Faroe Islands – jibqgħu f’League C.

– Latvja – fil-League C/D play-offs.

LEAGUE D1

– San Marino – promossi għal  Lea­gue C bħala rebbieħa tal-grupp

– Ġibiltá – fil-League C/D play-offs.

– Liechtenstein – jibqgħu f’League D.

LEAGUE D2

– Moldova – promossi għal  Lea­gue C bħala rebbieħa tal-grupp

– Malta – fil-League C/D play-offs.

– Andorra – jibqgħu f’League D.