Persuna ddaħħlet l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-8:00 p.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi sabiex jagħtu l-ewwel assistenza tagħhom. Filwaqt li x-xufiera u l-passiġġiera ta’ żewġ karozzi ma sofrew l-ebda ġrieħi, persuna li kienet fil-karozza l-oħra ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.
Aktar kmieni ilbieraħ:
Żewġ karozzi spiċċaw bi ħsarat estensivi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8.00 p.m. kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
Konsegwenza ta’ dan l-inċident parti mit-triq kellha tingħalaq għat-traffiku, u bħalissa l-istess karozzi involuti qegħdin jitneħħew minn fuq il-post. Karozza oħra kienu involuta fl-istess inċident, iżda jidher li din kellha biss ħsara minima.