Wednesday, July 24, 2024

Persuna tidħol tisraq b’sikkina minn ħanut f’Santa Venera

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta 7.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kanun, Santa Venera.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari jidher li persuna, allegatament armata b’sikkina, daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lill-kaxxier. Il-persuna ħarbet minn fuq il-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-allegat ħalliel.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farruġia Frendo LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport