Monday, July 27, 2026
Home Internazzjonali Persuni mejta u nirien f’Katidral storiku fi Kiev wara attakki mir-Russja

Persuni mejta u nirien f’Katidral storiku fi Kiev wara attakki mir-Russja

0
17

Mill-inqas 9 persuni nqatlu u ħafna oħrajn sfaw midrubin wara li r-Russja wettqet attakki permezz ta’ drones fuq diversi blieb fosthom fil-kapitali Ukrena.

F’wieħed mill-attakki ntlaqat Katidral storiku ta’ Kiev fejn għandu ħsarat estensivi. L-attakk seħħ fuq il-Katidral tad-Dormizzjoni fil-kumpless storiku ta’ Kyiv Pechersk Lavra, wieħed mis-siti reliġjużi l-aktar importanti tal-Ukrajna u parti minn sit tal-Wirt Dinji tal-UNESCO.

Aktar minn hekk fl-attakki ntlaqtu diversi appartamenti fejn eluf kbar ta’ persuni spiċċaw bla dawl.