Monday, June 15, 2026

‘Emmint f’dan il-proġett ta’ San Ġwann FC u aċċettajt din l-opportunitá li nkun parti minnu’ – Jean Debattista

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

San Ġwann FC ħabbru l-akkwist tal-goalkeeper Jean Debattista qabel l-istaġun li ġej.

Il-goalkeeper ta’ 30 sena jġib miegħu esperjenza siewja mill-futbol Malti, wara li qabel irrappreżenta lil Hamrun Spartans Football Club, Swieqi United FC u Zebbug Rangers Football Club.

L-esperjenza, it-tmexxija u l-preżenza ta’ Jean bejn il-lasti se jżidu aktar saħħa u kompetizzjoni mal-iskwadra ta’ San Gwann hekk kif il-klabb qed ikompli għaddej bit-tħejjijiet tiegħu għall-istaġun li ġej.

Intant, dan is-sit tkellem ma’ Jean innifsu, li tana iktar dettalji.

Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ San Ġwann?

Din ħa tkun l-ewwel esperjenza tiegħi ma’ San Ġwann. It-tragward ta’ San Ġwann huwa ċar li jmorru għall-promozzjoni fiċ-Challenge League. Għalkemm kelli offerti oħra miċ-Challenge League, wara li kellmuni diriġenti ta’ San Ġwann, emmint f’dan il-proġett tagħhom u accettajt din l-opportunitá li nkun parti minnu.

Kemm qed tħares ‘il quddiem li taħdem mal-Kowċ il-ġdid, Noel Turner?

Din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħi mal-kowċ, Noel Turner. Il-kowċ kien influwenti biex jien ħa nkun parti minn San Ġwann FC matul l-istaġun li ġej. Fl-ewwel laqgħa li kelli miegħu diġá nista’ nara li ħa nkunu qed naħdmu bl-istess mentalitá. L-esperjenza vasta li jippossjedi l-kowċ Noel Turner kemm fil-Premier kif ukoll fuq livell ta’ timijiet nazzjonali, inħossni kburi li nilgħab taħt il-gwida tiegħu.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza issa passata tiegħek ma’ Zebbug Rangers?

It-tragward ta Zebbug Rangers kien ċar li jevitaw ir-relegazzjoni. Għalkemm dħalt fit-tim ta’ Zebbug f’Jannar, b’ħames punti taħt l-eqreb tim, irnexxielna nsalvaw u nibqgħu fiċ-Challenge League bi tliet punti vantaġġ fuq l-eqreb teim. Għalija din kienet sfida sinifikanti u differenti minn oħrajn li kelli fil-karriera tiegħi u żgur ħa tibqa waħda mill-aqwa!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport