Thursday, April 18, 2024

Phil Foden jilħaq ftehim dwar kuntratt ġdid fit-tul ma’ Manchester City

Aqra wkoll

Phil Foden jilħaq ftehim dwar kuntratt ġdid fit-tul ma’ Manchester City.

Dan l-iżvilupp iġib fi tmiemu perjodu twil ta’ negozjati, b’sorsi jiżvelaw li ftehim kien ilu fuq il-mejda għal numru ta’ xhur.

Tħabbira hija mistennija fil-jiem li ġejjin jew kmieni l-ġimgħa d-dieħla – iżda d-diripenti fl-Etihad Stadium huma kuntenti bl-aħbar qabel l-istaġun il-ġdid.

Foden imwieled Stockport u li għandu 22 sena eċċella matul l-istaġun li għadda kemm għall-club kif ukoll għall-pajjiżu u huwa l-poster boy għall-akkademja tas-City.

Il-ftehim il-ġdid mistenni jorbtu għal sitt snin u se jkun qed jarah jaqla’ aktar minn erba’ darbiet il-kuntratt bażiku ta’ £30,000 fil-ġimgħa li ffirma lura fl-2018.

Dan se jagħmlu wieħed mill-players żgħażagħ l-aktar imħallsa fid-dinja.

Il-ftehim jasal f’perjodu pjuttost mimli tlugħ u nżul għall-attakk ta’ Manchester City, b’Raheem Sterling u Gabriel Jesus tħallew jitilqu dan is-sajf u x-xnigħat li Bernardo Silva jista’ tabilħaqq jingħaqad ma’ Barcelona.

Foden deher fi 28 logħba tal-kampjonat l-istaġun li għadda, fejn skorja disa’ darbiet u pprovda ħames assists. Sitt players biss lagħbu aktar minuti għall-club matul l-istaġun li għadda.

Il-forma stellari tiegħu tal-Premier League ġiet ippremjata bit-tieni premju PFA Young Player tas-Sena, li rawh jegħleb il-kompetizzjoni minn players bħal Bukayo Saka u Reece James.

L-importanza tiegħu għat-team kienet riflessa fil-bidu ta’ diversi logħob kruċjali fl-istaġun li għadda, inklużi kemm fil-partiti barra minn darhom u anke f’darhom kontra Liverpool kif ukoll fiż-żewġ legs tas-semi-finali ta’ Man City fiċ-Champions League kontra Real Madrid. Tabilħaqq, fl-Ewropa tliet players biss skurjaw aktar goals mill-player Ingliż għas-City.

Ekonomija

Sport