Thursday, April 18, 2024

F’Kalifornja tiġi dikjarata emerġenza dwar il-monkeypox

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-gvernatur ta’ Kalifornja ddikjara stat ta’ emerġenza biex jitħaffu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-imxija tal-monkeypox, biex hekk dan sar it-tieni stat li ħa din l-azzjoni f’perjodu ta’ tlett ijiem. 

Il-Gvernatur Gavin Ne­wsom qal li din id-dikjarazzjoni se tkun qiegħda tgħin lil Kalifornja biex tikkordina r-rispons, tfittex li tikseb iktar tilqim u tipprovdi l-edukazzjoni neċessarja dwar it-trattament u t-tilqim. Newsom qal li, “aħna se nkompli naħdmu mal-gvern federali biex niksbu iktar tilqim, inkabbru l-għarfien dwar ir-riskju u nappoġġjaw lill-komunità LGBTQ biex tiġġieled l-istigmatizzazzjoni.”

S’issa ġewwa Kalifornja kienu kkonfermati 800 każ ta’ monkeypox. Il-virus tal-monkeypox jinfirex b’kuntatt fit-tul u personali bejn persuna (ħafna drabi jekk tmiss ġilda ma’ ġilda) u dan jinkludi tgħanniq, bews u anke jekk persuni jorqdu fl-istess sodda, jew jużaw l-istess xugamani u ħwejjeġ.  S’issa l-iktar każijiet rapportati kienu fost irġiel li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ rġiel oħrajn, iżda l-awtoritajiet tas-saħħa qalu ċar u tond li din il-marda tista’ tinfetta lil kulħadd.

Ekonomija

Sport