Tuesday, May 14, 2024

Pjan għar-rimi ta’ ilma tossiku jqanqal rabja fil-Ġappun

Aqra wkoll

Pjan kontroversjali mill-Ġappun biex jintrema’ l-ilma tossiku mill-impjanti nukleari ta’ Fukushima qajjem ansjetà u rabja kbira f’pajjiżhom u fil-pajjiżi tal-madwar.
Sa mit-tsunami tal-2011 li għamel ħsara kbira lill-impjant, kien akkumulat aktar minn miljun tunnellata ta’ ilma tossiku. L-istess pjan jgħid li l-Ġappun issa jrid jibda jarmi dan l-ilma fl-Oċean Paċifiku.

Sadanittant, l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) ippubblikat rapport li japprova l-pjan tal-Ġappun. Minkejja dan kollu, minn meta tħabbar, il-pjan qajjem kontroversja sħiħa fil-Ġappun, bil-komunitajiet lokali jesprimu tħassib dwar il-kontaminazzjoni.

Gruppi tal-industrija tas-sajd u tal-frott tal-baħar fil-Ġappun ukoll esprimew tħassib dwar l-għajxien tagħhom. Dan peress li qegħdin jibżgħu li l-konsumaturi jevitaw li jixtru frott tal-baħar.

Bosta kienu dawk li kkritikaw dan il-pjan, fosthom il-ġirien ta’ Tokyo. Min-naħa tagħha ċ-Ċina kienet l-aktar leħen, fejn akkużat lil Ġappun li qed jittratta l-oċean bħala drenaġġ privat tiegħu.

Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet Ġappuniżi raw li jikkonvinċu lil dawk kollha li qegħdin jikkritikaw dan il-pjan, billi jispjegaw ix-xjenza wara l-proċess ta’ trattament. Huma qalu li se jkomplu jagħmlu dan b’livell għoli ta’ trasparenza.

Dan kollu ġie mwiegħed ukoll mill-Prim Minitru Fumio Kishida aktar kmieni din il-ġimgħa.

Sport