Sunday, December 22, 2024

Player internazzjonali tal-Iran ikkundannat 26 sena ħabs minflok tgħalliq

Aqra wkoll

Il-player internazzjonali tal-Iran, Amir Nasr-Azadani, ġie kkundannat 26 sena ħabs fl-Iran għall-involviment tiegħu fil-protesti nazzjonali wara l-mewt traġika ta’ Mahsa Amini

Mijiet ta’ dimostranti mietu f’Tehran u bliet oħra wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija morali xahrejn ilu  wara li ġiet arrestata talli ma libsetx il-hijab b’mod korrett.

Rapporti qed isostnu li Nasr-Azadani ġie kkundannat 26 sena ħabs talli “ħa sehem mal-għedewwa kontra Alla” għar-rwol tiegħu fl-allegat qtil ta’ tliet membri tal-forzi tas-sigurtà u żewġ reati oħra mwettqa waqt il-protesti. 

Huwa ġie mġiegħel jistqarr għemilu fost it-tħassib li l-membri tal-familja tiegħu kienu sfurzati jibqgħu siekta. Nasr-Azadani, flimkien ma’ żewġ akkużati oħra, ġew “sfurzati” jaqraw stqarrija quddiem in-nazzjon kollu li kienu jifformaw parti mill-irvellijiet.

Fil-karriera tiegħu, huwa lagħab għaż-żewġ clubs Iranjani, Rah-Ahan u Gol-e Rayhan. 

Jingħad li s-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran kienet qed tippjana li tgħallaq lil dan il-player wara li ġie akkużat għall-mewt tal-Kurunell Esmaeil Cheraghi u żewġ uffiċjali tas-sigurtá waqt protesti fis-17 ta’ Novembru. 

Madankollu, rapporti jsostnu li Nasr-Azadani ma kienx fil-post meta dawn it-tliet persuni nqatlu. Huwa ħa sehem biss għal ftit sigħat f’waħda mill-protesti. 

Ekonomija

Sport