Thursday, April 18, 2024

Joao Felix viċin li jingħaqad ma’ Chelsea b’self

Aqra wkoll

Joao Felix jinsab ferm viċin li jitlaq lil Atletico Madrid hekk kif il-club Spanjol laħaq ftehim ma’ Chelsea biex imur jilgħab fi Stamford Bridge, b’self, għall-kumplament tal-istaġun.

Il-president ta’ Atletico Madrid, Enrique Cerezo, kien ċar wara l-logħba kontra Barcelona meta kien mistoqsi dwar Joao Felix u l-futur tiegħu. 

Huwa sostna li jemmen bis-sħiħ fil-kapaċitajiet ta’ Felix iżda jekk ma jridx jilgħab aktar għall-club ikun aħjar għaż-żewġ partijiet li jitlaq. 

Jidher li Chelsea jinsabu lesti li jħallsu £11-il miljun biex Felix jilgħab magħhom għas-sitt xhur li ġejjin. 

F’każ li l-Pensioners ikunu jridu jiffirmaw lil dan il-player ta’ 23 sena b’mod permanenti huma jkollhom l-ewwel għażla iżda mingħajr obbligazzjoni. 

Ekonomija

Sport