paralizzati
…..il-ħaddiema tax-xatt ipprotestaw kontra użu tal-portijiet għat-trasport tal-armi lejn żoni tal-gwerra
Minn Victor Vella
Xejn inqas minn 100 port fi 22 pajjiż, inkluż portijiet fil-Mediterran lbieraħ kienu litteralment paralizzati. Il-portijiet waqqfu l-attività tagħhom kompletament. Fost il-portijiet li kienu weqfin kien hemm dak ta’ Marsilja, Le Havre, Dunkerque, Calais, Boulogne, Bordeaux, Rouen, Toulon, Fos-sur-Mer, Livorno, Valencia, Hamburg, Piraeus, Tangier Med, Genova u Nhava Sheva fl-Indja fost oħrajn. Il-ħaddiema ipprotestaw kontra l-użu tal-portijiet għat-trasport tal-armi lejn żoni tal-gwerra. Ipprotestaw ukoll kontra l-militarizzazzjoni tal-portijiet.




