Wednesday, November 4, 2026
Home Sport Precious Nwankwo magħżul bħala l-Plejer tax-Xahar ta’ Pietá Hotspurs għal Ottubru

Precious Nwankwo magħżul bħala l-Plejer tax-Xahar ta’ Pietá Hotspurs għal Ottubru

0
57

L-attakkant ta’ Pietá Hotspurs, Precious Nwankwo, ġie magħżul bħala l-Plejer tax-Xahar ta’ Pietá Hotspurs għal Ottubru, wara xahar fantastiku għat-tim. B’seba’ gowls skorjati, bħalissa Nwankwo jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers fil-BOV Challenge League. Huwa kellu rwol kruċjali fir-riżultati tat-tim s’issa, hekk kif ‘il-Blues’ rebħu erbgħa mis-sitt logħbiet li lagħbu.

Pietá Hotspurs FC ferħu lil Precious għal dan is-suċċess; l-attakkant – li l-istaġun li għadda kien l-aqwa skorer fil-BOV Amateur League 1 – issa kiseb l-ewwel tragward importanti tiegħu għal dan l-istaġun, wara li l-istaġun li għadda rebaħ it-tielet diviżjoni ta’ Malta ma’ Attard.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here