Sunday, November 24, 2024

Premier Ingliż: Tottenham ifallu żewġ punti importanti

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Tottenham fallew żewġ punti importanti fit-tentattiv tagħhom li jisfidaw għal post mal-ewwel erbgħa me­ta ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Everton.

Everton v Tottenham – Everton ospitaw lil Tottenham u temmew fi draw ta’ 2-2, bit-Toffeemen isalva ir-riżultat proprju fl-94 mi­nuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Jarrad Branthwaite.

Spurs dehru resqin lejn rebħa bil-protagonista kien se jkun l-eks player ta’ Everton, il-Brażiljan Richarlison (4, 41) li skorja ż-żewġ goals, b’Jack Harrison (30) jikseb id-draw momentarju għat-Toffeemen.

Brighton v C. Palace – Wara li fix-xahar ta’ Jannar ma rreġistraw l-ebda rebħu u ma skorjaw l-ebda goal, Brighton laqgħu lil Crystal Palace u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-1.

Il-goals tagħhom waslu minn Lewis Dunk (3), Jack Hinshelwood (33), Facundo Valentin Buonanotte (34)u Joao Pedro (84) filwaqt li Jean-Philippe Mateta (71) wieġeb għall-Palace.

Burnley v Fulham – Burnley irkupraw minn żvantaġġ ta’ żewġ goals biex temmew fi draw ta’ 2-2, bl-eroj ikun David Fofana (71, 92) li skorja doppjetta wara li Joao Palhinha (17) u Rodrigo Muniz (21) skorjaw għal Fulham.

Newcastle v Luton – F’partita mill-aktar eċċitanti, Newcastle u Luton qasmu tmien goals fi draw ta’ 4-4.

Għall-Magpies skorjaw Sean Longstaff (7, 23), Kie­ran Trippier (67) u Harvey Barnes (73) filwaqt li Gabriel Osho (21), Ross Barkley (40), Carlton Morris (59 pen) u Elijah Adebayo (62) skorjaw għal Luton.

Sheffield U. v Aston Villa  – Aston Villa marru għand Sheffield United u kellhom xalata ta’ goals hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0, bil-goals jiġu skorjati minn John McGinn (12), Ollie Watkins (16), Leon Bailey (20), Youri Tielemans (30) u Alex Moreno (47). Il-Blades baqgħu ankrati fl-aħħar post

Sport