Wednesday, July 24, 2024

Premier Ingliż: Wolves jagħtu l-ewwel telfa lil Manchester City

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Wolves jieħdu l-unuri tal-ġurnata meta taw l-ewwel telfa liċ-champions renjanti, Manchester City, meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. 

Meta t-team immexxi minn Pep Guardiola qed jitqies li se jiġri bil-kampjonat minħabba l-qawwa li jippossjiedu, Wolves kellhom ħsibijiet oħra meta rreġistraw it-tliet punti … permezz ta’ auto-goal ta’ Ruben Dias (13) u Hee-Chan Hwang (66), b’ Julian Alvarez (58) jikseb id-draw momentarju għas-Citizens  

Aston Villa v Brighton – Aston Villa ospitaw li Brighton u umiljawhom bl-iskor ta’ 6-1 … b’Ollie Watkins (14, 21, 65) ikun l-eroj tagħhom meta skorja trippletta biż-żewġ goals l-oħra jaslu minn auto-goal ta’ Pervis Estupinan (26), Jacob Ramsey (85) u Douglas Luiz (97).

Ansu Fati (51) skorja l-uniku goal tas-Seagulls. 

Bournemouth v Arsenal– Barra minn darhom, Arsenal għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 3-0 bl-iskorers ikunu Bukayo Saka (17) u minn żewġ penalties mogħtijin minn Martin Odegaard (44) u Kai Havertz (53). 

Everton v Luton – Everton ġew sorpriżi f’darhom minn Luton Town bl-iskor ta’ 2-1 biex baqgħu fin-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Il-Hatters fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Tom Lockyer (24) u Carlton Morris (31) filwaqt li Dominic Calvert-Lewin (41) naqqas il-marġni għat-Toffees. 

Man Utd v C. Palace – Manchester United komplew bis-sensiela negattiva meta din id-darba, f’Old Trafford, sfaw megħluba minn Crystal Palace bl-iskor ta’ 1-0. 

Il-goal importanti wasal minn Joachim Andersen (25).

Newcastle v Burnley – Kif kien mistenni, Newcastle għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Miguel Almiron (14) u Alex­ander Isak (76 pen). 

West Ham v Sheffield U. – Anke West Ham għelbu lil Sheffield United bl-iskor identiku ta’ 2-0. 

Din r-rebħa waslet fl-ewwel taqsima biż-żewġ goals jiġu skorjati minn Jarrod Bowen (24) u Tomas Soucek (37).

Ekonomija

Sport