Saturday, December 21, 2024

Premier League: Chelsea jistgħu jitnaqqsulhom il-punti

Aqra wkoll

Chelsea jistgħu jitnaqqsulhom il-punti mill-Premier League wara li huma stess irrappurtaw allegati ħlasijiet sigrieti relatati mat-trasferimenti ta’ Willian u Samuel Eto’o, taħt il-presidenza ta’ Roman Abramovich. 

Il-Premier League qed iħares lejn allegat ksur finanzjarju minn Chelsea, li ġew irrappurtati lill-awtoritajiet mill-konsorzju Todd Boehly wara li ħadu r-responsabbiltá tal-club, f’Mejju 2022.

Is-sidien il-ġodda xtraw il-club tal-Pensioners  mingħand Abramovich wara li l-gvern tar-Renju Unit ssanzjona lill-oligarka wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

Ekonomija

Sport