Monday, September 23, 2024

Premier League: Floriana fir-raba’ post

Aqra wkoll

Naxxar Lions …0

Floriana ……….2

Doppjetta tal-attakkant Ni­ġerjan, Franklin Sa­sere, poġġiet lil Floriana fir-raba’ post tal-klassifika, żewġ punti taħt il-leaders, Birkirkara u Sliema Wanderers, meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 2-0 li sofrew it-tielet telfa minn erba’ ħarġiet. 

Floriana kienu l-aħjar team matul il-logħba kollha iżda naqsu milli japprofittaw minn din id-dominanza u minkejja li fetħu l-iskor mas-siegħa logħob, xorta waħda kienu qed jirriskjaw … sakemm proprju fid-90 minuta huma aċċertaw mir-rebħa.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fid-disa’ minuta min-naħa ta’ Floriana meta Owen Spiteri xeħet lejn Thiaginho li daħal fil-kaxxa iżda t-tentattiv tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper Matthias Debono.

Fis-17-il minuta, Debono reġa’ salva, din id-darba fuq Carlo Zammit Lonardelli. Wara din l-azzjoni kellna nistennew sal-40 minuta hekk kif Floriana resqu viċin b’xutt ta’ Kemar Reid li Debono salva bi tbatija.

Wara l-mistrieħ, Floriana ħarġu aktar avventurużi fit-tentattiv li jiftħu l-iskor hekk kif dehru maħkuma minn nervożiżmu kbir bin-Naxxarin jagħmlu l-ħajja diffiċli għalihom.

Fil-55 minuta, huma kienu għoddhom fetħu l-iskor meta mill-cross ta’ Zammit Lonardelli, bl-għajta tal-goal, id-daqqa ta’ ras ta’ Dunstan Vella għaddiet tħakkek mal-wieqfa b’Debono megħlub għal kollox.

Peró tliet minuti wara, il-Greens fetħu l-iskor meta ngħataw penalty wara li twaqqa’ Zammit Lonardelli fil-kaxxa … u mill-11-il metru FRANKLIN SASERE xeħet lil Debono fuq in-naħa l-ħażina.

Fid-79 minuta, Naxxar għamlu reazzjoni iżda d- daqqa ta’ ras ta’ Yameogo spiċċat barra.

Peró, fid-90 minuta Floriana għalqu l-logħba meta x-xutt dgħajjef ta’ Jake Grech wasal għand FRANKLIN SASERE li b’daqqa ta’ takkuna xeħet lill-partitarji ta’ Flo­riana f’dellirju ta’ ferħ.

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef 4-Pedro Vitor Gualberto De Assis Barreto (5-Owen Portelli 92), 8-Neil Pace Cocks (13-Kayne Haber 84), 19-Gustavo Barbosa, 20-Luan Sergio Nascimento De Almeida, 21-Matthias Fenech (9-Matheus Lima Taumaturgo 64), 23-Westherly Garcia Nogueira (7-Takuma Yamaguchi 64), 25-Fernando Barbosa Pereira, 31-Degran Jackson, 44-Ito Yasukaze (10-Edson Cerqueira Farias 64)  – Coach: George Vella

FLORIANA: 45-Christoffer Henri Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 9-Kemar Reid (22-Kyrian Nwoko 92), 11-Thiago Nascimento Dos Santos (79-Serge Yameogo Guy 77), 12-Dunstan Vella (97-Emerson Santos De Souza 86), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli  (8-Jake Grech 77), 27-Franklin Sasere (7-Mattia Veselji 92), 55-Alexandros Kouro, 70-Fernando Augusto Rodrigues De Araujo  – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORER: F. Sasere 58 pen, 90 (F)

AMMONITI: W. Nogueira (NL); M. Garcia (F)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport