Saturday, September 5, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Arsenal v Chelsea l-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa

Premier League Ingliż: Arsenal v Chelsea l-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa

0
48

Wara li kull team lagħab żewġ logħbiet issa jmiss it-tielet programm tal- Premier League Ingliż u meta erba’ timijiet għandhom punti massimi u ħamsa għadhom mingħajr punt, issa naraw x’se jiġri jiġifieri min se jikseb it-tielet rebħa u min se jibqa’ mingħajr l-ebda punt.

Ħarsa fuq fuq lejn il-programm naraw li d-Derby ta’ Londra ta’ għada fl-Emirates Stadium bejn Arsenal u Chelsea hija l-akbar attrazzjoni meta t-tnejn rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tagħhom.

Il-Gunners bdew b’rebħiet kontra Coventry 3-0 u Aston Villa 1-0 u l-Blues l-ewwel għelbu lil Fulham 3-2 u wara lil Brighton 4-3.

Dan juri li Chelsea għandhom attakk tajjeb iżda d-difiża hija vulnerabbli waqt li Arsenal bħal Hull City għadhom ma qalgħux goal.

Għalhekk din il-logħba tista’ tara ħafna goals għalkemm iktar hemm ċans li tiġi minfuda d-difiża tat-team ta’ Xabi Alonso milli dik ta’ Mikel Arteta minkejja n-nuqqas ta’ William Saliba.

Iż-żewġ timijiet l-oħra b’punti massimi huma Manchester City u Hull City, tal-ewwel huma l-aristokratiċi tal-football Ingliż u Hull jinsabu lura mal-kbar wara nuqqas ta’ disa’ snin.

Is-City, b’Enzo Fernandez b’kollox, se jkunu fl-Etihad Stadium kontra kontra Co­ventry u għalhekk ma jidhirx li se jkollhom jitħabtu iktar milli jmisshom għat-tliet punti.

Min-naħa tagħhom it-Tigers se jilqgħu lil Aston Villa li għadhom ma skorjawx goal u anke huma bla punt. Iżda l-kwalitá tal-players tagħhom għandha tkun wisq għall-avversarji li għadhom telgħin miċ-Championship.

Il-logħba li se tiftaħ il-programm tal-lum hija dik f’St James Park li fiha Newcastle United jilqgħu lil Bournemouth meta d-differenza tal-punti bejniethom hija ta’ tlieta biss. Iżda d-differenza fil-pożizzjonijiet hija ta’ tmien postijiet.

Iż-żewġ timijiet jinsabu taħt managers ġodda, il-Magpies għandhom lil Matthias Jaissle u ċ-Cherries lil Marco Rose li huwa meqjus bħala wieħed ta’ kalibru f’pajjiżu l-Ġermanja.

Brentford se jkunu f’darhom kontra Sunderland b’dawn tal-aħħar jinsabu fl- Ewropa għall-ewwel darba wara 53 sena iżda l-Bees fal­lew li jingħaqdu magħhom fl-aħħar ġurnata tal-istaġun li għadda meta ġew draw 1-1 kontra Liverpool.

Logħba li tista’ jkollha bosta goals hija dik bejn Brighton u Leeds United li jinsabu mif­rudin b’punt li jinsab favur it-team ta’ Daniel Farke.

Huma ġejjin minn żewġ reb­ħiet barra minn darhom kontra Nottingham Forest, waħda fil-League Cup u l-oħra fil-kampjonat, u għalhekk dan għandu jgħollilhom il- moral għal-logħbiet immedjati.

Min-naħa tas-Seagulls hu­ma jidhru li se jibqgħu jagħtu logħba lil kulħadd meta għadhom taħt il-gwida tal-coach Fabian Hurzeler. Dan minħabba li għadu jattira element ta’ kwalitá minkejja li xi kultant il-clubs sinjuri jeħdulhom play­ers li kapaċi jdawru logħba waħedhom.

Derby oħra ta’ Londra se jintlagħab f’Selhurst Partk li fiha Fulham jilqgħu lil Crystal Palace, żewġ timijiet li għadhom ma nqalgħux mill-art meta t-tnejn sofrew żewġ tel­fiet.

Il-Cottagers, li issa jinsabu taħt l-Ispanjol, Alvaro Arbeloa, li għandu esperjenza ma’ Real Madrid waqt li fl-Ingilterra kien jilgħab ma’ Liverpool.

Min-naħa tal-Palace huma qed jitmexxew mill-manager Pierre Sage u għalhekk għad irridu naraw x’differenza se jagħmel meta qed jimla post Oliver Glasner li jista’ għamel żball li ħalla postu mal-Eagles.

Nottingham Forest se jku­nu fis-City Ground għal-logħba kontra Tottenham meta bħalissa l-Forest jinsabu punt fuq il-Hotspurs b’dawn tal-aħħar għadhom ma qabdux art tant li f’dawk li huma goals jinsabu b’differenza ta’ -5 bħal Aston Villa, li bħalhom inqabdu b’bidu diżastruż.

Spurs huma wieħed mill-clubs li fis-suq tas-sajf xtraw players b’għajnejhom magħ­luqa xi kultant anke jekk ikunu għaljin jidħlu għalihom.

Wara li fl-ewwel żewġ logħbiet Manchester United iltaqgħu kontra żewġ timijiet promossi, Hull City u Ipswich Town, u minn fuqhom ħadu tliet punti biss kontra t-Tractor Boys meta għelbuhom 5-2 wara li bdew ħażin b’telfa ta’ 2-0 kontra t-Tigers.

Għada l-United imorru fil-Hill Dickinson Stadium biex jiffaċċjaw lil Everton li kel­lhom bidu iktar diċenti b’reb­ħa u draw tant li jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika meta anke qed jieħdu ħsieb il-kolonni tal-goals li bħalissa jaqraw 3-1.

Għall-United reġa’ daħal l-attakkant Marcus Rashford wara l-esperjenza li kellu ma’ Barcelona waqt li l-midfielder Portugiż, Bruno Fernandez, ta sehmu b’hat-trick kontra Ips­wich.

Il-United jinsabu punt wara Everton u għalhekk ri­żultat tajjeb minn din il- logħba jista’ jarahom jitilgħu iktar ‘il fuq.

Il-logħba l-oħra fil-programm intlagħbet ilbieraħ filgħaxija b’Liverpool jiltaq­għu ma’ Ipswich f’Portman Road. Fiż-żewġ logħbiet li lagħbu r-Reds għadhom ma kienux minn fuq u għalhekk ikun interessanti naraw x’għam­lu lbieraħ f’dan ir-rigward għalkemm fuq il-karta ma deherx li kellhom ifallu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here