Meta tintlagħab it-tielet ġurnata tas-Serie A, iċ-champions renjanti Inter jospitaw lil Napoli f’dik li hija meqjusa bħala l-aqwa partita.
Partita oħra mill-aktar interessanti hija dik bejn żewġ ġganti oħra, Juventus u Milan.
Inter v Napoli – Inter jilqgħu lil Napoli f’logħba tant mistennija hekk kif f’dawn l-aħħar snin kibret ir-rivalitá ta’ bejniethom.
Iż-żewġ timijiet ġejjin minn riżultati kuntrastanti fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet hekk kif in-Nerazzurri kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva bl-iskor ta’ 1-0 kontra Cagliari filwaqt li l- Partenopei ġew sorpriżi minn Como f’darhom bl-iskor ta’ 2-1.
B’hekk it-team immexxi minn Massimiliano Allegri ma jaffordjax li jagħmel pass ieħor falz minħabba li jkunu distakkati b’sitt punti hekk kif l-Interisti għandhom punti massimi.
Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr Jed Spence u Valentin Carboni filwaqt li Napoli għandhom barra lil Pasquale Mazzocchi, Luca Marianucci, Cyril Ngonge u Alessandro Buongiorno … kollha qed jirkupraw minn injury.
Juventus v Milan – Logħba oħra ferm importanti hija dik bejn Juventus u Milan li, flimkien ma’ Inter, Roma, Atalanta u Lazio, għandhom punti massimi.
It-team immexxi minn Luciano Spalletti beda b’żewġ rebħiet kontra Frosinone (1-0) u Parma (2-0).
Wieħed irid jgħid ukoll li kontra Frosinone, il-Bianconeri sofrew pressjoni iżda d-difiża baqgħet soda biex finalment ħarġu rebbieħa.
F’din ir-rebħa, spikka l- goalkeeper li akkwistaw mingħand Tottenham Hot- spur, Guglielmo Vicario, li wettaq numru ta’ saves deċiżivi.
Min-naħa ta’ Milan, il-coach il-ġdid Ruben Amorim, qed jipprova jinfilsa l-filosofija tiegħu fil-players u għaldaqstant iridu jkunu fl-aqwa forma tagħhom fit-tentattiv li ma joħorġux b’idejhom vojta mill-Allianz Stadium.
Juventus ma jistgħux jagħmlu użu mill-imweġġgħin Gleison Bremer, Weston McKennie, Andrea Cambiaso u Kenan Yildiz filwaqt li Milan se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Santiago Gimenez, Warren Bondo, Santiago Gimenez, Youssouf Fofana u Fikayo Tomori.
Roma v Atalanta – Din hija partita bejn żewġ timijiet li għandhom punti massimi.
It-team immexxi mill-coach Giampiero Gasperini qed jimpressjona tant li skorja l-aktar u sofra l-inqas goals bl-aktar player li qed jispikka huwa l-Olandiż Donyell Malen li s’issa skorja ħames goals.
Iżda min-naħa tal-Bergamaschi, bla dubju, dawn se jqumu għall-okkażjoni fejn jimmiraw li jsikktu għal kollox lill-partitarji Romani bit-tama joħorġu bit-tliet punti.




