Fil-Premier League Ingliż, Manchester United u Tottenham temmew fi draw ta’ 2-2 liema riżultat ma ssodisfa lil ħadd minħabba li fallew żewġ punti kull wieħed fl-objettivi tagħhom – ir-Red Devils biex iżommu t-tamiet tagħhom għaż-żona Ewropea filwaqt li Spurs biex jibqgħu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.
Man U. v Tottenham – Manchester United ospitaw lil Tottenham u f’partita pjaċevoli spiċċaw fi draw ta’ 2-2.
Il-United kienu dejjem fil-vantaġġ bi Spurs dejjem jiġru wara r-riżultat.
L-iskorers ta’ Manchester United kienu Rasmus Hojlund (3) u Marcus Rashford (40) filwaqt li Richarlison (19) u Rodrigo Bentancur (46) wieġbu għal Spurs.
Everton v Aston Villa – Aston Villa marru għand Everton u ma rnexxielhomx joħorġu rebbieħa meta ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals biex naqsu li jilħqu lil-leaders Liverpool bil-punti hekk kif dawn tal-aħħar għandhom differenza ta’ goals aħjar.
Il-logħba kienet waħda mill-aktar kumbattuta biż-żewġ settijiet ta’ players ma jċedux pulzier, tant, li kien hemm perjodi li fihom kien hemm daħliet goffi u kellu jkun l-intervent tar-referee biex il-partita “kkalmat”.