Tuesday, November 3, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Everton jegħlbu lil Newcastle darbtejn fi spazju ta’ ħamest...

Premier League Ingliż: Everton jegħlbu lil Newcastle darbtejn fi spazju ta’ ħamest ijiem

0
42

Everton kisbu t-tieni rebħa fuq Newcastle United fi spazju ta’ ħamest ijiem, hekk kif rebħulhom 1-0 barra minn darhom fil-Premier League. Goal ta’ Thierno Barry fid-49 minuta kien biżżejjed biex itemm sensiela ta’ disa’ logħbiet mingħajr rebħa għal Everton barra minn darhom fil-kampjonat.

Wara taqsima mingħajr goals, Barry approfitta minn żball tal-goalkeeper Lukas Hornicek biex skorja t-tmien goal tiegħu tal-istaġun fil-kompetizzjonijiet kollha.

Newcastle għamlu reazzjoni fit-tentattiv biex jiksbu d-draw  iżda sabu lil Jordan Pickford attent bejn il-lasti. Is-sitwazzjoni tagħhom kompliet tmur għall-agħar meta Jacob Ramsey tkeċċa fil-ħin miżjud wara li rċieva żewġ karti sofor.

Din kienet ir-raba’ telfa ta’ Newcastle fl-aħħar ħames logħbiet, u żiedet il-pressjoni fuq il-kowċ Matthias Jaissle. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here