Minn Cristian Muscat
GZIRA UNITED……… 0
MARSAXLOKK……….. 5
Marsaxlokk xejn ma tħabtu biex jegħlbu l-isfida ta’ Gzira United bl-iskor kbir ta’ 5-0, fejn kienu diġá aċċertati mit-tliet punti sa tmiem l-ewwel taqsima meta kienu diġá tliet goals minn fuq.
Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta Joao Victor De Souza Texieira venven xutt mid-distanza li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Marsaxlokk Christoffer Mafoumbi li dawwar f’corner b’mod spettakolari.
Marsaxlokk wieġbu tmien minuti wara meta Leandro Aguirre minn taħt il-lasta tefa’ inkredibbilment barra.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u, fil-21 minuta, Nikolai Muscat kellu d-daqqa ta’ ras tistampa mal-mimduda, bil-player ta’ statura Daniż, Rasmus Linden, mir-rebound ikollu x-xutt bid-dawra jintemm ftit għoli, iżda hawnhekk ir-referee Fyodor Zammit issenjala offside.
B’azzjoni wara l-oħra, ix-Xlukkajri meritatament fetħu l-iskor fis-26 minuta meta wara li rċieva minn cross pefrett, Linden, kellu d-daqqa ta’ ras taħbat mal-wieqfa, biex pront daħal JORGE AILTON SOARES li mill-viċin tefa’ ġewwa.
U jidher li Marsaxlokk ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif sitt minuti wara rduppjaw l-iskor, meta JORGE AILTON SOARES ikkonnettja minn cross mix-xellug u b’xutt mill-ewwel tefa’ l-ballun fix-xibka.
Marsaxlokk komplew jiddominaw għal kollox il-partita u fis-37 minuta, skorjaw it-tielet goal peremzz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ LEANDRO AGUIRRE li ħasad għal kollox lill-goalkeeper minn San Marino tal-Maroons, Edoardo Colombo.
Fis-70 minuta huma skorjaw ir-raba’ goal meta x-xutt ta’ LUCAS CARUANA ġie devjat minn difensur tal-Maroons. Fil-75 minuta, il-goalkeeper Xlukkajr, Christoffer Mafoumbi, wettaq save kbir fuq id-daqqa ta’ ras ta’ Dinis Djadjo
Iżda, fit-92 minuta, ENSELL ATTARD issiġilla r- rebħa b’xutt qawwi.
Gzira U.: Edoardo Colombo (Karl Sargent 46), Albion Pillana (Antiago De Flavia 72), Gabriel Bohere Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg, Luis Gabriel Moreira de Souza (Dejan Farrugia 46), Brookyln Borg (Nathan Joyce 72), Joao Victor De Souza Teixieira (Leonardo Jonathan Farias 46), Dinis Djadjo, Filipe Maio Bartolomeu, Frnacisco Saldanha – Coach: Darren Abdilla
Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni (Weder Soares Da Silva 60), Enrico Pepe, Nikolai Muscat (Lucas Caruana 60), Jose Ulises Arias, Rasmus Linden (Semir Smajlagic 46), Jorge Ailton Soares (Ensell Attard 78), Juan Carlos Corbalan, Matias Nicolas Garcia (Triston Caruana 78), Joseph Minala, Leandro Aguirre – Coach: Vincenzo Potenza
Referee: Fyodor Zammit
assistenti: Mark Ciantar, David Castillo
Raba’ Uff.: Emanuel Grech
Skorers: J. Ailton Soares 26, 32, L. Aguirre 37, L. Caruana 70, E. Attard 92 (M)
Ammoniti: D. Abela, F. Saldanha (GU)
Player tal-Logħba: Jorge Ailton Soares (M)




