“Kap tal-Oppożizzjoni bla pożizzjoni fuq xejn”

– Il-Prim Ministru Robert Abela b’reazzjoni għad-diskors ta’ Alex Borg

Aqra wkoll

“Kap tal-Oppożizzjoni bla pożizzjoni fuq xejn.” Hekk iddikjara l-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti lill-ġurnalisti b’reazzjoni għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg.

Dr Robert Abela spjega kif fir-replika tiegħu l-Partit Nazzjonalista ma ħa l-ebda pożizzjoni dwar is-sussidji fil-prezzijiet tal-enerġija fi żminijiet ta’ sfidi internazzjonali.

Kompla jgħid li min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista ta garanzija dwar dan fil-budget li għadu kemm ippreżenta l-Gvern.

Sostna li għada se jwieġeb b’direzzjoni ċara, waqt li se jispjega kif il-Budget b’mod tanġibbli se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.

Intant fi stqarrija l-Partit Laburista qal li d-diskors tal-kartelluni b’dikjarazzjonijiet żbaljati, kif żvelat iktar kmieni mill-Partit Laburista

Illejla l-poplu Malti u Għawdxi assista għal diskors negattiv ta’ Kap tal- Oppożizzjoni li m’għandu l-ebda idea fuq it-tmexxija tal-pajjiż.

Tagħsar kemm tagħsar, ma ssib xejn. Ebda sustanza u ebda proposta. Issib biss diskors tal-kartelluni b’dikjarazzjonijiet żbaljati, li fil-fatt ġew żvelati mill-Partit Laburista iktar kmieni llum wara leaks qawwija mill-istrutturi tal-Oppożizzjoni.

F’diskors ta’ sagħtejn, il-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas biss semma s-sussidji tal-enerġija li tant qed iservu ta’ tarka għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.

L-uniku ħaġa li żied Alex Borg wara l-leaks kienet li jżomm is-Super Bonus ta’ €1,000, li Gvern Laburista se jagħti lill-ħaddiema.

Alex Borg iparla, Robert Abela jwettaq.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport