Saturday, May 18, 2024

Premier League Ingliż: Man City f’logħba diffiċli għand Aston Villa

Aqra wkoll

Mil-lum sa nhar il-Ħa­mis se tintlagħab il-15-il ġurnata tal-Premier League Ingliż biċ-champions Manchester City ikollhom impenn diffiċli meta jaffrontaw lil Aston Villa, f’Villa Park.

Il-Villa jinsabu punt wara s-City u għaldaqstant meta se jkunu home jafu jieħdu xi ħaġa mil-logħba.

Il-leaders Arsenal ikunu fl-azzjoni llum meta jmorru għand Luton Town li minkejja li żammew lil Liver­pool draw f’Kenilworth Road, ma jidhirx li għandhom jinkwetaw lill-Gunners li rebħu l-aħħar tliet logħbiet tagħhom.

Il-logħba l-oħra tal-lum tara lil Wolves jilqgħu lil Burnley li ġejjin minn riżultati kuntrastużi, b’tal-ewwel minn telfa kontra Arsenal u l-Clarets minn rebħa kbira 5-0 għand Sheffield United.

Għada se jsiru sitt logħbiet oħra bl-10 timijiet li lagħbu l-Ħadd ikunu kollha nvoluti fejn Chelsea jkunu f’Old Trafford kontra Manchester United f’dik li hija logħba oħra mistennija. Ir-Red Devils ġejjin mit-telfa 1-0 għand Newcastle waqt li Chelsea għelbu lil Brighton 3-2 fi Stamford Bridge.

Brighton se jilqgħu lil Brentford meta kisbu rebħa biss mill-aħħar sitt logħbiet waqt li l-Bees marru aħjar minnhom b’erba’ rebħiet u żewġ telfiet. 

Żewġ timijiet li l-Ħadd temmew fi draws, Crystal Palace u Bournemouth, se jiltaqgħu f’Selhurst Park biċ-Cherries imorru aħjar fl-aħħar sitt ħarġiet.

Fulham se jilqgħu lil Nottm Forest fi Craven Cottage biż-żewġ timijiet jik­sbu rebħa kull wieħed mill-aħħar sitt logħbiet bil-club ta’ Londra joffri logħba ferm impenjattiva kontra Liverpool waqt li l-Forest sfaw megħ­luba minn Everton.

It-team tal-qiegħ, Sheffield United, se jilqa’ lil Liverpool li ġejjin minn reb­ħa drammatika kontra Fulham bl-erba’ goals tagħhom iku­nu verament tal-istampi me­ta ġew minn xuttijiet sublimi minn barra l-kaxxa.

Il-Ħamis isiru l-aħħar żewġ logħbiet fejn l-ewwel jibdew Everton u Newcastle li t-tnejn ġejjin minn rebħa u wara jkun hemm id-derby ta’ Londra bejn Tottenham u West Ham fejn tal-ewwel qed igawdu sitt punti vantaġġ fuq il-Hammers.

PROGRAMM KOLLU

Illum

Wolves v Burnley 8.30

Luton v Arsenal 9.15

Għada

Sheffield U. v Liverpool 8.30

Brighton v Brentford 8.30

Fulham v Nottm F. 8.30

C. Palace v Bournemouth 8.30

Aston Villa v Man City 9.15

Man Utd v Chelsea 9.15

Il-Ħamis

Everton v Newcastle 8.30

Tottenham v West Ham 9.15

Sport