Saturday, August 29, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Rebħa kbira ta’ Manchester City għand Crystal Palace

Premier League Ingliż: Rebħa kbira ta’ Manchester City għand Crystal Palace

0
52

Enzo Maresca kompla bil-bidu perfett tiegħu bħala coach ta’ Manchester City fil-Premier League, hekk kif it-tim tiegħu għeleb lil Crystal Palace 4-1 f’Selhurst Park. 

Is-City marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Erling Haaland.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, Rayan Cherki rdoppja l-vantaġġ wara azzjoni individwali.

Il-Palace naqqsu d-distakk permezz ta’ Yeremy Pino, li l-free-kick tiegħu spiċċa fix-xibka wara li ħabat mal-lasta u ma’ Donnarumma.

Madankollu, Cherki reġa’ skorja fis-59 minuta b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa biex għamel l-iskor 3-1. 

Fis-84 minuta, Haaland għalaq il-logħba bit-tieni goal tiegħu wara assist ta’ Phil Foden.

B’din ir-rebħa s-City telgħu fil-quċċata tal-klassifika filwaqt li l-Palace baqgħu bla punti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here