Monday, May 13, 2024

Prestazzjonijiet Pożittivi għall-Baħrin tal-RMYC Sailing School ġewwa Ateni

Aqra wkoll

Erba’ baħrin mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ikkompetew fil-Kampjonati Ewropej Senior tal-Klassi ILCA f’Ateni. Dawn il-kampjonati kkonkludew wara sitt ijiem ta’ sfida minħabba nuqqas ta’riħ.

Il-Club kien rappreżentat minn Matthew Flores, Lara Merten, Katrina Micallef u Tomek Vaccaro. Dawn kienu akkumpanjati mill-kowċ Karlis Junaers u l-fundatur ta’ Sailcoach, Trevor Millar. Kollha ikkompetew fil-Klassi ILCA 6, bl-eċċezzjoni ta’ Matthew Flores,  li kkompetew fil-Kategorija ILCA 7.

Dawn il-Kampjonati mmarkaw id-debutt tal-kontinġent tal-RMYC f’avveniment ta’ profil għoli, li fiħ kollha taw prestazzjonijiet tajbin ħafna. Il-flotta ILCA 6 irnexxielha tlesti seba’ tiġrijiet, inkluża tellieqa għall-midalji, filwaqt li l-klassi ILCA 7 irnexxilħa tlesti tmien tiġrijiet, għalkemm ma saret l-ebda tiġrija għall-midalji.

“Il-kundizzjonijiet tat-temp esperjenzati matul l-avveniment ħolqu sfidi sinifikanti.  L-atleti tagħna kellhim juru paċenzja u r-reżiljenza soda minħabba s-siegħat twal fuq l-baħar jistennew ir-riħ sabiex isiru t-tlielaq. “ – Alex Denisuic, Membru tal-Kumitat RMYC.

Fi tmiem il-kompetizzjoni, Katrina Micallef spiċċat fid-49 post. Micallef kisbet postha fil-flotta Gold u ħarġet bħala waħda mill-iżgħar parteċipanti u promettenti. Lara Merten spiċċat fil-105 post. Sfortunatament, waqt li kienet qeda tagħti prestazzjoni tajba, hija mhux biss iltaqgħet ma’ problemi bid-dgħajsa tagħha iżda kellha titfaċċa  ma tlielaq li ġew abbandunati, fejn il-prestazzjonijiet tagħha kienu wħud mill-aktar b’saħħithom.

Intant Tomek Vaccaro kiseb l-44 post minn flotta b’saħħitha ta’ 70 dgħajsa fil-Klassi ILCA 6. Matthew Flores kkompeta fil-Klassi ILCA 7 u spiċċa fil-111-il post minn 140 kompetitur.

Il-baħrin issa qegħdin lura Malta fejn qedin jiffukaw fuq l-istudji tagħhom filwaqt li Karlis Junaers u Trevor Millar saqu lura mill-Greċja għal Malta.

Lara Merten u Matthew Flores issa se jkunu qed jieħdu sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-U21 f’Marzu. Il-kompetizzjoni se ssir f’Pollensa, Spanja.

Sport