Saturday, December 21, 2024

PRIM MINISTRU DEĊIŻIV

Aqra wkoll

It-tliet snin ta’ Robert Abela kienu karatterizzati minn tliet kriżijiet kbar. Waħda ta’ governanza politika li wasslet għall-greylisting tal-pajjiż, il-pandemija u wara l-kriżi fis-suq tal-enerġija.

Minkejja dan Robert Abela dejjem kien deċiż u deċiżiv. Fis-sens illi dejjem kien ċar li jrid joħroġ il-pajjiż minn dawn il-kriżijiet bis-saħħa tad-deċiżjonijiet kuraġġużi u ħafna minnhom diffiċli li kellu jieħu matul dawn is-snin.

Fil-qasam tal-governanza ħa deċiżjonijiet li l-ebda Prim Ministru qablu ma ħa biex Malta ħarġet mill-greylisting fi żmien rekord.

Fil-pandemija ddefenda l-ħajjiet u l-għajxien tan-nies biex Malta ħarġet mill-pandemija mingħajr ħadd ma tilef xogħlu u minkejja l-kriżi fl-enerġija pajjiżna mistenni jkollu wieħed mill-akbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa b’waħda mill-anqas rati ta’ inflazzjoni fiż-żona ewro.

Minkejja d-diffikultajiet kollha kiseb ukoll l-akbar rebħa elettorali fl-istorja ta’ Malta. Dan fil-kuntest Ewropew fejn kull partit fil-gvern li ffaċċja elezzjoni waqt il-pandemija spiċċa fl-Oppożizzjoni.

Ekonomija

Sport