Friday, May 3, 2024

Prosekutur kontra l-mafja maqtul fil-Kolumbja ftit wara li martu żvelat li kienet qed tistenna tarbija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Prosekutur magħruf  għall-ġlieda tiegħu kontra l-kriminalità organizzata fil-Paragwaj nqatel b’tiri waqt qamar il-għasel fil-Kolombja.

Marcelo Pecci kien fuq bajja fil-gżira turistika ta’ Baru meta nqatel minn żewġt irġiel armati.

Sigħat biss qabel l-isparatura, mart is-Sur Pecci kienet ħabbret fuq Instagram li kienet qiegħda tistenna tarbija.

Il-President tal-Paragwaj Mario Abdo Benitez iddeskriva l-isparatura bħala “qtil kodard”.

Claudia Aguilera; il-mara tas-Sur Pecci, li taħdem bħala il-ġurnalista, qalet li ġew avviċinati minn żewġt irġiel fuq bajja privata meta żewġha spiċċa maqtul b’tiri. Hija ddikjarat li żewġha ma kienx mhedded b’ħajtu qabel.

Hija kkonfermat li żewġha ntlaqat minn tiri sparati minn wieħed mill-aggressuri li laqtu f’wiċċu u f’dahru.

Fi stqarrija maħruġa mil-lukanda li fiha kienu qegħdin joqogħdu l-koppja ntqal li l-aggressuri ġew minn fuq il-baħar u li kienu attakkaw u qatlu wieħed mill-klijenti tagħhom.

Il-vittma kien jispeċjalizza fil-kriminalità organizzata, traffikar ta’ droga, ħasil ta’ flus u ffinanzjar tat-terroriżmu.

Lura fl-2020, Pecci kien involut fil-każ tal-plejer Brażiljan Ronaldinho li kien arrestat wara li pprova jidħol fil-Paragwaj b’passaport falz.

Fir-reazzjoni tiegħu għal dan il-qtil, il-President tal-pajjiż Mario Abdo kkundanna dan l-aġir u qal li se jkun qiegħed jirdoppja l-ħidma tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

Sport