Tuesday, July 21, 2026
Home Internazzjonali Protesti kbar f’Bologna wara l-qtil ta’ Marokkin mill-Pulizija

Protesti kbar f’Bologna wara l-qtil ta’ Marokkin mill-Pulizija

0
6
Ritratt: ANSA

Mijiet kbar ta’ persuni ħarġu jipportestaw fil-belt ta’ Bologna fl-Italja wara li l-Pulizija qatlu immigranti Marokkin li kien ilu jgħix l-Italja mindu kellu seba’ snin.

“Irridu justizzja għal Abderrahim Fakir”. Hekk kif l-għajta tad-dimostranti hekk kif il-pulizija qatlu l-immigrant li ma kien qiegħed jagħti l-ebda problemi.

Il-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni qalet li għalkemm l-investigazzjoni dwar x’wassal għal qtil ta’ Fakir għadha għaddejja xorta tenni li “l-ebda vjolenza ma hi aċċettata fuq uffiċjali tal-Pulizija.”

Skont il-Pulizija Fakir nhar il-Ħadd li għadda beda jaġixxi b’mod stramb hekk kif beda jħabbar fuq il-bibien ta’ garaxxijiet f’Pilastro. L-uffiċjali pprovaw iwaqqfuh milli jkompli jdejjaq lin-nies, u anke użaw papper spray.

Iżda filmati fuq il-midja soċjali wrew żewġ pulizija “jagħmlu forza aktar milli suppost” fuq l-immigranti bil-konsegnwenza li nqatel.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here