Saturday, May 18, 2024

PSG … ikeċċu lil Mauricio Pochettino u jilħqu ftehim ma’ Christophe Galtier

Aqra wkoll

Wara li keċċew lil Mauricio Pochettino, iċ-champions Franċiżi laħqu ftehim ma’ Christophe Galtier biex ikun il-coach il-ġdid tagħhom. Huwa mistenni li jiffirma kuntratt ta’ sentejn b’għażla li jiġġedded … wara li mexxa lil Lille għar-rebħ tat-titlu fl-2020/21. 

Il-Pariġini għad iridu jħabbru din il-kariga b’mod uffiċjali minħabba li għadhom ma’  laħqux ftehim ta’ kumpens ma’ Pochettino. L-Arġentin u l-istaff tal-coaches tiegħu jridu jaqblu ma’ ċerti kundizzjonijiet finanzjarji qabel ma l-perjodu tagħhom fil-club ikun jista’ jintemm.

Dan minbarra li Galtier jeħtieġ li jilħaq ftehim mal-club attwali tiegħu, Nice, iżda qed jingħad li dawn tal-aħħar mhumiex se jkunu ostaklu għall-futur tiegħu.

Sport