Friday, July 17, 2026
Home Sport PSG jibqgħu jsegwu lil Saliba u Magalhaes

PSG jibqgħu jsegwu lil Saliba u Magalhaes

0
112

Paris St Germain baqgħu jsegwu l-progress tad-duo ta’ Arsenal Gabriel Magalhaes u William Saliba. Minkejja li ma rnexxielhomx jakkwistawhom matul dan is-sajf, id-diriġenti Pariġini mhux se jaqtgħu qalbhom u se jippruvaw jiksbu mqar wieħed minnhom f’Jannar li ġej.

Kemm Saliba kif ukoll Magalhaes huma żewġ difensuri ta’ kwalita’ u l-għan tal-kowċ Luis Enrique hu li jsaħħaħ dan id-dipartiment tant importanti.

Sadanittant, Saliba qed jinteressa wkoll lil Real Madrid u Bayern Munich.