Matul tmiem il-ġimgħa l-oħra l-aħħar weekend ta’ Settembru, il-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb organizza it-tielet edizzjoni magħrufa bħala il-Festival Internazzjonali tal-Pupazzi ta’ Għawdex. Din kienet tikkontisti f’pupazzi ġganti mlew il-pjazza primċipali ta din l-lokalita ta’ l-Għarb b’kuluri, mużika u sorpriżi.
Pupazzi ġganti għoljin madwar tliet metri, jeħduna f’dinja ta’ karattri straordinarji maħluqa minn injam imnaqqax, kordi, drapp, idejn u immaġinazzjoni. Ebda djalogu. Ebda ostakli lingwistiċi. Biss il-mument straordinarju meta oġġett jidher li jieħu l-ħajja.

Karattri maġġiċi, akrobati u mużika live, esperjenza indimentikabbli għat-tfal u l-kbar li ġib l-allegerija ta’ dawk prezenti fil-qalba tal-Għarb.
Kien spettaklu mimli ferħ u fantazija, fejn in-nies setgħu jiltaqgħu u jingħaqdu flimkien biex igawdu aħjar lil dawn il-pupazzi jiżfnu qalb il-folla miġbura, iħaddnu lit-tfal, fejn setgħu ukoll jieħdu ritratti magħhom, u fl-istess ħin jieħdu lil kulħadd f’dinja oħra.

Kien divertiment għal familja kollha, kemm għal kbar kif ukoll għal tfal ta’ kull età filwaqt li id-dħul kien b’xejn dħul b’xejn. Fost dawk prezenti kien hemm il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

