Nhar il-Ħadd li għadda fil-Knisja tal-partijiet Franġiskani tar-Rabat Għawdex bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Franġisk t’Assisi, il-qaddis protettur tal-annimali. tberik tradizzjonali tal-annimali domestiċi fuq iż-żunier ta’ l-istess Knisja.
X’inhu dan it-tberik?

Tradizzjoni antika li tmur lura għal San Franġisk innifsu (1182-1226), jingħad li kien iħobb l-annimali kollha u kien isejħilhom ħutu. Kien jitkellem mal-għasafar, mal-lupu, mal-ħut għax kien jara lil Alla f’kull ħlejqa. Qaddis li kien ibin familja sinjura, ħalla kollox, ħwejġu, flusu, anke lil missieru. Qasam ħwejġu ma’ foqra fit-triq u għix fil-faqar.
Kull sena viċin din il-Knisja isir it-tbierek tal-klieb, qtates, għasafar, żwienel u kull xorta ta’ pet ieħor bħala sinjal ta’ rispett għall-ħolqien kollu ta’ Alla.

Ħafna kienu dawk li ġabu ġabgħu magħhom il-pet tagħhom, għasfur kelb, qattus u oħrajn, fejn s-saċerdot jgħid talba qasira w ibierek lil kull annimal individwalment u jitlob għas-saħħa tiegħu u tgħas-sidien tiegħu.
Il-qofol tal-festa ta’ dan il-Qaddis ser ikun nhar il-Ħadd li ġej, b’quddiesa kkonċelebrata u mmexxija min Mons. Carmelo Zammit b’messaġġ minn Mons Joseph Zammit, filwaqt li filgħaxija isir pelligrinaġġ bl-istatwa ta’ San Franġisk mat-toroq tal-Belt Victoria.
Nitolbu l-Mulej biex jagħtina qalb li tara s-sbuħija f’kollox, li taħfer kollox, u li tħobb lil kulħadd. Paċi u Ġid”
