Saturday, April 12, 2025

“Puttinu tul ħajti tani l-opportunità li nikber, li niggradwa u li nsir il-persuna li jien illum”

Aqra wkoll

Għaddew tmintax-il sena minn meta sirt naf għall-ewwel darba b’kanċer tan-newroblastoma, dijanjosi li wasslet sabiex flimkien mal-ġenituri nfittxu aktar kura barra minn Malta. Sfortunatament, meta tinqala’ l-ħtieġa li tivvjaġġa għall-kura medika, wieħed ikun jaf biss meta jitilqu, iżda qatt b’ċertezza meta se jirritornaw. 

Dan kien il-messaġġ li wasslet tfajla li għaddiet mill-battalja tal-kanċer. Fl-istess messaġġ, hij qalet ukoll; “ Huwa grazzi għal Puttinu Cares li jien u l-ġenituri tiegħi konna pprovduti b’post fejn noqogħdu, u offrilna dar barra mid-dar. Huma pprovdew il-ħtiġijiet kollha u kull oġġett ieħor li nistgħu neħtieġu, assiguraw li jkollna l-kumdità”.

Irrimarkat kif dan minkejja li Puttinu kien għadu kemm beda ftit snin qabel. Enfasizzat kif f’ħajjitha Puttinu taha l-opportunità li nikber, li ssegwi l-ambizzjonijiet tagħha, li tiggradwa, u li ssir il-persuna li hi illum. 

Tenniet li; “Puttinu kien hemm għalija mhux biss f’dawk iż-żminijiet iebsa imma wkoll sal-lum. Puttinu għalija mhux biss organizzazzjoni iżda huwa wkoll meqjus bħala parti mill-familja tiegħi u jien għal dejjem ħajr li din l-esperjenza wasslitni biex niltaqa’ ma’ nies daqshekk kbar u ta’ qalb tad-deheb”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport