“Il-ħajja meta trabbejt jien f’Fomm ir-Riħ kienet ħajja sempliċi. Kienet ħajja magħmula fejn għeġġla m’hemmx. Mhux bħal lum irridu nagħmlu killex. Killex bil-mod iwa. U dik il-ħejja illum ma teżistix. Illum kulħadd mgħuġġel. Ħedd ma jkillem lil hedd. Irrejd inleħħeq me dik u me l-oħra. Qabel trenkwilli. Nieklu l-biċċa ħubża ta’ kuljewm u inkwiet ta’ xejn. Inkwiet ta’ xejn f’dan is-sens. Jien trubbejt ġo razzett man-nannu – kollu annimali.”
Lil Karmenu nistaqsieh kif niftakar żmien meta r-raħħal kien jitkellem fuq kemm għandu ġid mhux b’kemm għandu flus imma kemm għandu nagħaġ. Spjegatlu li l-iskola, fil-klassi dejjem kienu jgħidulna li l-ġid jitkellem minn kemm għandek flus jew proprjetà. Għedtlu qatt ma stajt nifhimha dik li jgħidu li ‘dak sinjur għax għandu ħafna nagħaġ”.
“Ħe ngħidlek. In-negħeġ u l-bhujjem kienu r-riżors tagħhem. Jieklu. Jegħmlu l-ħelib. Imbegħed jeqtlewhem. Dik kienet il-ħejje tegħhem. Minn bhima tieħu dak li textieq. Kif għedtlek in-nannu kien neguzjant tal-bhujjem. Irabbi bgħewla, jbiegħ u jixtri, jinneguzja u joħruġhom jergħew fl-għelieqi. Filgħexija konna inġebuwhem fuwq il-bejje u neħsluwhem. Dun biex imbegħed iġiżżhem. Duk minnhem kinna negħmlu l-lużor. Bis-suf tegħhem tegħmel li trid. Kien jieħu dak is-suf x’imkien u minnu jagħżlu l-lużor. In-nannu kellu anke n-newl, li fuqu kienu jaħdmu s-suf.”
Intervista sħiħa f’IT-TORĊA għada.