Tuesday, April 16, 2024

“Qed nilħqu l-mira li nlaqqmu n-nies li fadal” – l-infermier Jorgen Souness

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratti: Roger Azzopardi

Minkejja t-temperaturi għoljin, numru ta’ Maltin kif ukoll barranin, illum marru biex jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19 mingħajr il-bżonn ta’ appuntament fil-mobile clinic li did-darba kien stazzjonat fiż-żona industrijali ta’ Bulebel. 

Dan is-sit mar fuq il-post fejn għalkemm stajna ninnotaw li ma kienx hemm kju twil ta’ persuni jistennew biex jitlaqqmu, xorta waħda l-konkorrenza kienet waħda tajba u l-proċess kien wieħed mexxej ħafna.

Dan is-sit tkellem mal-infermier Jorgen Souness, li huwa wkoll il-kordinatur tal-programm ta’ vaċċinazzjoni, fejn sostna li: “kif rajna f’mobile units oħra, in-nies qed jiġu, Maltin u barranin. Il-mira tagħna li nlaqqmu n-nies li fadal, qed tintlaħaq.” 

YouTube video

Huwa qalilna li bħala medja qed jitlaqqmu madwar 1,200 persuna minn kull mobile unit. Qal li nhar il-Ġimgħa li ġej il-mobile unit se jkun f’Paceville faċċata l-bajja ta’ San Ġorġ u hemm il-ħsieb ukoll li l-ġimgħa d-dieħla din l-inizjattiva terġa’ ssir f’lokalitajiet oħra.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, f’kummenti li kien ta lil dan il-ġurnal, stqarr li Malta għandha l-ogħla rata ta’ tilqim fid-dinja. Imma xorta waħda huwa importanti li nlaqqmu lil kemm nistgħu nies.

Id-Deputat Prim Ministru tenna li dawn il-mobile clinics qegħdin jilħqu partijiet tal-komunità tagħna li sa issa ma kellhomx l-opportunità li jieħdu t-tilqima.

Ekonomija

Sport