Wednesday, March 27, 2024

Qassis Kattoliku kien jonqof flus tad-djoċesi fuq kmamar f’lukandi biex jagħmel is-sess

Aqra wkoll

Fid-Djoċesi ta’ South Carolin faqqa’ każ fejn persuna fetħet proċeduri u qed takkuża qassis li kien juża il-pożizzjoni ta’ poter li kellu u allegatament kien jisfurzaha għas-sess.  Il-mara fil-proċeduri li fetħet qed issostni li l-qassis kien jaf li hi kienet għaddejja minn problemi fiż-żwieġ tagħha u hu allegatament sfrutta dan fis-sena 2020 u 2021.

Hekk kif infetħu dawn il-proċeduri, il-qassis li dwaru qed isiru l-allegazzjonijiet, Father Wilbroad Mwape intbagħat fuq leave amministrattiv.  Dan ġie konfermat minn kelliema mid-Djoċesi Kattolika ta’ Charleston.

Il-kelliem qalet li “irċevejna kopja ta’ dak li tressaq fil-Qorti u qegħdin narawha. Se nirrispondu fil-ħin stipulat. Il-mara li fetħet dawn il-proċeduri f’dan l-istadju mhix tissemma’ minħabba in-natura sensittiva tal-allegazzjonijiet. Fl-allegazzjonijiet tagħha hi saħqet li hi mara Kattolika feventi, li kienet tattendi l-quddies fi Greenville u Orangeburg. 

Il-mara irrikoriet għal dan il-qassis meta kienet għaddejja minn problemi,  fejn anke beda jbusha u jgħannaqha miegħu wara l-quddies.

Il-mara tallega li aktar m’għadda żmien, hu beda aktar jisfruttaha tant li beda jgħidilha iżżuru fis-sagristija tal-knisja ta’ Greenville.  Skont il-proċeduri li infetħu, kien proprju fis-sagristija li huma kellhom x’jaqsmu sesswalment.

Il-qassis qed ikun akkużat li kien jgħid lil din il-mara biex tmur miegħu ‘business trips’ lejn Columbia. Il-mara qed tallega li l-qassis kien jonfoq il-flus tad-djoċesi fi kmamar ta’ lukandi biex jagħmel is-sess magħha.

Ekonomija

Sport