Wednesday, May 20, 2026

Qormi Daikin għas-Slovenja biex jipparteċipaw fil-Euro Hockey Challenge 1

Aqra wkoll

Iċ-champions tal-hockey lokali Qormi Daikin se jkunu qed jivjaġġaw lejn il-belt Slovena ta’ Predanovci sabiex jikkompetu għal Euro Hockey Challenge 1. Din il-kompetizzjoni tibda nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju u tibqa’ sejra sat-Tnejn 25 ta’ Mejju.

Qormi se jkunu qed jilagħbu f’Pool A flimkien mat-tim ospitu HK Triglav Predanovci u HC Olimpia Vinnitsa tal-Ukrajna.

It-tim immexxi minn Andre Ghio se jibda l-impenji tiegħu nhar is-Sibt fis-5.45pm kontra Olimpia Vinnitsa sabiex li l-għada huma jaffaċċjaw lil HK Triglav Predanovci fil-4.45pm.

Eventwalment il-Qriema jilagħbu l-logħob ta’ klassifikazzjoni skont il-pożizzjoni li jiġu fiha fil-gruppi.

Qormi, li għadhom kemm ħadu t-titlu tal-Euro Hockey Small Club of the Year 2025, kellhom mumenti memorabbli fl-istaġun li għadda hekk kif fil-finali huma kienu għelbu lis-Sloveni ta’ HK Lipovci 3-2 wara l-penalty shoot-out. Dan kollu wara kompetizzjoni fejn kienu konsistenti mill-bidu sal-aħħar.

Qormi għadhom kemm kisbu suċċess fil-hockey domestiku hekk kif rebħu l-kompetizzjonijiet kollha organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport